7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 203/30


Artikolu 73

Meta ftehim jew konvenzjoni bejn Stat Membru, persuna jew intrapriża, minn naħa waħda, u pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew ċittadin ta' pajjiż terz, minn naħa l-oħra, ikun fihom ukoll xi disposizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-forniment ta' prodotti fil-kompetenza ta' l-Aġenzija, għandu jkun meħtieġ il-kunsens min qabel tal-Kummissjoni għall-konklużjoni u rinnovament ta' ftehim jew konvenzjonijiet bħal dawn sa fejn tkun konċernata il-konsenja ta' dawn il-prodotti.